​Toroq magħluqa: Xogħlijiet f’Ħal Qormi

Bħala parti mix-xogħlijiet estensivi li għaddejjin fi Triq Manwel Dimech u l-junction f’Ħal Qormi, dal-lejl, Transport Malta se tibda l-asfaltar f’dawn l-inħawi.
Għalhekk, illejla bejn it-8pm u l-5.30am it-triq se tingħalaq kompletament għat-traffiku inkluż għat-trasport pubbliku.
Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi.  Uffiċjali se jkunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.