Toroq magħluqa minħabba The Tempest u Festa Lapsi

Transport Malta qed tavża li parti miż-żona industrijali ta’ Kordin ser tkun magħluqa għat-traffiku minn nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju sal-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2015 bejn it-3pm sat-3am ta’ filgħodu minħabba ġbid tal-film ‘The Tempest’.
It-traffiku lejn u miż-żona industrijali ta’ Kordin lejn il-Baċir nr.7 se jgħaddi minn Triq l-Isqof Buhagiar.
L-aċċess lejn iż-żona industrijali ta’ Kordin se jibqa’ miftuħ.
Triq San Ġorġ, mill-monument tal‘Love’ sa Triq Spinola se tkun magħluqa għat-traffiku nhar il-Ħadd 7 ta’ Ġunju bejn is-7am ta’ filgħodu u l-5:30am ta’ waranofsinhar, minħabba Festa Lapsi li tiġi organizzata kull sena mill-Kunsil Lokali ta’ San Ġiljan.
It-traffiku li ġej minn Triq it-Torri Tas-Sliema ser jgħaddi minn Triq Mikelanġ Borg u Triq Mikiel Anton Vassalli.
It-traffiku li ġej miċ-ċentru ta’ San Ġiljan ser jgħaddi lejn ir-roundabout junction fi Triq ir-Ross għal Triq Sant’ Andrija.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.