Toroq magħluqa minħabba l-festa

Għada u l-Ħadd filgħaxija se jingħalqu xi toroq arterjali biex tkun tista’ ssir il-wirja tan-nar tal-ajru tal-festa ta’ Santa Venera.

It-toroq se jkunu magħluqa għada bejn id-9:30pm u l-11:30pm, kif ukoll il-Ħadd bejn is-6:30pm u l-11:30pm.

It-toroq affetwati minn dan, huma:

  • Il-Bypass tal-Mrieħel, direzzjoni lejn Marsa Bypass
  • Marsa Bypass, minn ma’ Triq Aldo Moro, Marsa
  • Marsa Bypass, direzzjoni lejn il-mina ta’ Santa Venera, kif ukoll lejn id-direzzjoni tal-Bypass tal-Imrieħel.
  • Triq Reġjonali, inkluż il-mini ta’ Santa Venera.
  • Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, kif ukoll parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
  • Triq il-Kanun, Santa Venera