Toroq magħluqa fil-Birgu minħabba attività politika

Dalgħodu diversi toroq madwar il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu se jkunu magħluqa minħabba attività li matulha l-Ministru Helena Dalli se tkun qed tniedi l-kampanja tagħha għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
Fi stqarrija, il-Kummissarju tal-Pulizija avża li l-parkeġġ  mad-dawra tal-Monument tal-Ħelsien se jkun ipprojbit sa nofsinhar tal-lum
Il-vetturi mhux se jitħallew jgħaddu minn Triq San Lawrenz fid-direzzjoni tal-Monument tal-Ħelsien bejn l-10am u l-11:30am.
Xatt ir-Risq direzzjoni tal-Monument tal-Ħelsien se jkun ukoll magħluq bejn l-10am u l-11:30am.