Toroq: it-traffiku mistenni jieħu nifs f’Ħal Qormi u l-Mosta

Il-Ministru għat-Trasport, Ian Borg, qal li daqt jibdew xogħlijiet ewlenin fir-rawndebawt li tagħti għad-daħla ta’ Ħal Qormi u l-Mosta miċ-ċimiterju sa ħdejn it-Technopark.
Borg qal dan fi stqarrija, fejn tkellem dwar il-proġetti li għaddejjin fl-infrastruttura, kif ukoll dawk li daqt jibdew.
Dwar ir-rawndebawt ta’ Ħal Qormi, irrimarka li x-xogħol se jgħin biex jitnaqqas l-impatt tal-ammont ta’ trakkijiet li jgħaddu minnha, u se jkujn maqsum f’4 fażijiet sabiex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq it-traffiku.
Fi Triq il-Mosta se titwessa’ t-triq li miċ-ċimiterju tieħdok sat-Technopark sabiex tiżdied karreġġjata lejn in-naħa ta’ fuq.
Tħabbar ukoll xogħol fi Triq Buqana bejn l-Imtarfa u l-Mosta li mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Permezz ta’ dan il-proġett mistennija tonqos il-konġestjoni tat-traffiku filwaqt li jitnaqqas ukoll ir-riskju ta’ inċidenti.
Il-Ministru tkellem dwar il-junctions tal-Kappara u l-Marsa, ix-xogħol li daqt jitlesta f’Ħal Lija u l-by passses tal-Gudja li se jgħinu lit-traffiku lejn u mill-ajruport.
Finalment fakkar dwar is-sejħa għall-offerti għall-proġett tral-Marsa u l-Ħamrun, li se jiġi jiswa €5 miljun.
Temm ifaħħar lill-ħaddiema ta’ Tranport Malta li jibqgħu għaddejjin anki bil-lejl bix-xogħlijiet.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri