Toroq fil-Qrendi u ż-Żejtun b’numri ġodda mal-bibien

Xi numri ta’ bibien se jinbidlu fil-Qrendi u ż-Żejtun.
Il-Kummissjoni Elettorali alet fi stqarrija li l-bibien fi Triq iż-Żurrieq fil-Qrendi u Triq San Porfirju fiż-Żejtun se jinbidlu m’oħrajn ġodda.
Talbet sabiex kulħadd jaqla’ n-numru l-antik u jwaħħal il-ġdid skont il-liġi sal-4 ta’ Diċembru.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ Novembru u jidher ukoll fis-sit tal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.