Toroq Għawdex: Ritratti juru mod; il-Ministeru jgħid mod ieħor

Read in English.

Ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ xogħlijiet f’erba’ toroq f’Għawdex, minkejja li skont il-Ministeru għal Għawdex kienu għaddejjin xogħlijiet fihom.

F’Lulju li għadda fil-Parlament, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ppreżentat lista ta’ toroq li se jitranġaw. Hi kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tal-MP tal-PN Chris Said. B’kollox il-lista kienet tkopri mal-50 triq, li 25 minnhom tlestew diġà. Bejn it-8 u l-10 ta’ Awwissu, Newsbook.com.mt żar tmienja mill-10 toroq li skont Caruana kien għaddej xogħol fihom. F’erba’ minnhom la kien hemm ħaddiema, la makkinarju, u lanqas xi tip ta’ sinjali oħra li juru li tassew beda x-xogħol.

Newsbook.com.mt staqsa lil kelliem għall-Ministeru għal Għawdex dwar dawn it-toroq u fiex waslu x-xogħlijiet. Madanakollu, wara 24 ġurnata, il-kelliem baqa’ ma qalx f’liema stadju jinsabu. Wara li ġie mfakkar dwar l-istess mistoqsijiet, reġa’ ma weġibx u minflok wieġeb lil din il-kamra tal-aħbarijiet b’dan il-mod:

“Peress li kull darba qed tagħmel referenza għall-PQs li qed jissottometti l-Onor Chris Said, dawn se jitwieġbu ladarba jerġa’ jiftaħ il-Parlament f’Ottubru”.

Newsbook.com.mt jiċċara li l-allegazzjoni tal-kelliem tal-Ministeru mhix minnha u li l-ġurnalist kien qed ikompli jsegwi din l-istorja bir-ritratti ta’ għadd ta’ toroq li tranġaw.

Ritratti: Toroq f’Għawdex: Qabel u issa

Dawn huma t-toroq inkwistjoni fejn skont il-Ministru hemm ix-xogħol għaddej:

Xagħra

Parti minn Triq Gajdoru

Triq Masri

Żebbuġ

Triq Għajn Mhelhel

Għasri

Trejqet San Pupulju

Minbarra dawn, il-Ministru Caruana kienet qalet li hemm ix-xogħol għaddej fi Triq Provigarju (Għajnsielem), f’parti minn triq bejn Ta’ Sannat u r-Rabat, Trejqet Dun Ġużepp Cassar (Għasri), Trejqet id-Dehra (Għasri), Triq it-Tamar (Għasri), u parti minn Triq il-Fanal (Għasri).

Newsbook.com.mt ħa ritratti ta’ dawn it-toroq ukoll: