Toroq fil-Belt Valletta se jingħalqu għat-traffiku

Se jsiru tibdiliet fis-sistema tat-traffiku minħabba l-ħidma li qed issir mill-Korporazzjoni ta’ Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Skont il-Ministeru għat-Turiżmu, il-vetturi mhux se jkunu permessi li jinżlu lejn Triq il-Lanċa minn Triq San Nikola fiż-żona tal-Fossa fil-Belt Valletta minn nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru.

Il-vetturi li jiġu lejn iż-żona tal-Fossa mid-direzzjoni tal-pitch tal-waterpolo tal-Belt u Triq il-Lanċa, se jkunu jistgħu jgħaddu minn taħt il-Jews Sally Port u jitilgħu għal Triq San Nikola. Dawn it-tibdiliet se jibqgħu f’effett għal madwar 7 ġimgħat mid-data.