Toroq fil-Belt jingħalqu għat-traffiku

Triq San Duminku (bejn Triq ir-Repubblika u Triq l-Ifran) se tkun magħluqa għat-traffiku minn nhar it-Tnejn li ġej mid-9am sat-Tlieta filgħaxija.
Se jinbidel parti mis-servizzi taħt l-art fi Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta.
Ix-xogħol huwa parti mill-proġett tal-pavimentar tat-triq Strada Stretta.
Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu t-tabelli kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali.