Toroq f’San Ġiljan affettwati minn xogħlijiet fil-lejl li ġej

Transport Malta avżat li se jkun qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Baltiku, f’San Ġiljan, bejn illejla mit-8.00pm sas-6.00am ta’ għada filgħodu.
Anke dan ix-xogħol hu marbut mat-tħejjijiet għall-proġett tal-Kappara.
Wissiet li f’dawn il-ħinijiet, it-traffiku minn San Ġwann għal San Ġiljan se jgħaddi minn Triq Mikiel Anton Vassalli għall-pont ta’ Manwel Dimech, waqt li t-traffiku minn Spinola f’San Ġiljan lejn Triq Mikiel Anton Vassalli se jgħaddi minn toroq alternattivi.
It-traffiku minn Triq Mikiel Anton Vassalli lejn Spinola f’San Ġiljan mhux se jiġi affettwat.
Waqt li skużat ruħha għall-inkonvenjent, spjegat ukoll li l-arranġament japplika wkoll għat-trasport pubbliku.