Toqtol żagħżugħ għax kienet waħda mix-xewqat tagħha

Ingliża tgħix l-Awstralja għadha kemm ingħatat għomorha l-ħabs flimkien ma’ mara oħra li kienet tgħix magħha wara li qatlet żagħżugħ u difnitu fid-darha biex taqta’ esperjenza oħra li “xtaqet tgħaddi minnha” mniżżla fil-bucket list.
Jemma Lilley, ta’ 26 sena, għallqet, tat daqqiet ta’ sikkina u difnet lil Aaron Pajich li kien mar għandha sabiex jinstallalha xi logħob fil-kompjuter.
Il-mara weħlet din is-sentenza flimkien ma’, Trudi Lenon, ta’ 43, illum, fejn weħlu għomorhom il-ħabs b’terminu minimu ta’ 28 sena.
Skont il-prosekuturi, Lilley żviluppat fissazzjoni fuq il-films tal-biża’ u kienet tgħid li xtaqet toqtol lil xi ħadd sa meta tagħlaq 25 sena u kienet qasmet din ix-xewqa ma’ Lennon, fejn ftit wara bdew joqogħdu flimkien.
Il-qtil ta’ Pajich seħħ fit-13 ta’ Ġunju tal-2016.