Toqtlux trabi biex tistennew deċiżjoni kostituzzjonali – Life Network Foundation

Read in English.

Fid-dawl tal-introduzzjoni imminenti tal-emendi għall-liġi dwar il-Ħarsien ta’ l-Embrijuni, Dr Miriam Sciberras, iċ-Chairman tal-Life Network Foundation, spjegat li d-dritt tal-ħajja huwa protett bil-liġi mill-konċepiment. Hija żiedet li l-iffriżar ta’ l-embrijuni b’ għażla, jpoġġi lill-ħajja tal-embrijun f’ riskju t’ mewt.

Dr Sciberras żiedet tispjega li din il-liġi ser tħalli riperkussjonijiet, u tpoġġi fil-perikolu l-ħajja ta’ ħafna embrijuni.

Wara r-reazzjoni tal-Awditur Ġenerali, fejn qal li huwa ma jarax kunflitt u li wieħed għandu jistenna l-implimentazzjoni tal-liġi, Dr Sciberras saħħqet li l-eżawriment ta’ proċeduri kostituzzjonali, f’każ li jkun hemm kawżi kostituzzjonali, jieħu snin u dawk is-snin isarrfu f’ ħafna ħajjiet.