Toqrob lejn tmiemha ż-żjara tal-Papa Franġisku fit-Turkija

Il-Papa Franġisku mistenni jtemm iż-żjara ta’ tlett ijiem fit-Turkija, liema żjara kellha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn ir-reliġjonijiet.
F’Istanbul, il-Papa Franġisku mistenni jkollu laqgħa oħra mal-Patrijarka Bartilmew wara li lbierah ipparteċipaw flimkien f’talb ekumeniku.
It-taħdidiet mistennija jiffukaw dwar il-fejqan mill-ġrajja tal-passat li tinvolvi l-qasma bejn Ruma u Kostantinopli.
Matul iż-żjara, il-Papa Franġisku kellu anke ħin t’adorazzjoni fis-skiet fil-Moskea l-Blu.
Il-Papa Franġisku hu r-raba’ mexxej tal-Knisja Kattolika li żar it-Turkija u ltaqa’ mal-mexxej tal-Knisja Ortodossa.