Toqrob lejn tmiemha l-avventura ta’ Touré ma’ Man City

Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola kkonferma li Yaya Toure ser iħalli lis-Citizensfi tmiem l-istaġun. Il-plejer Ivorjan ta’ 34 sena, li lagħab ukoll ma’ Barcelona, Monaco u Olympiacos, ingħaqad ma’ Manchester City fis-sajf tal-2010. Għalkemm il-midfielder naqas milli jirbaħ iċ-Champions League ma’ klabb mogħni b’riżorsi ekonomiċi kbar, hu kellu rwol importanti fir-rebħ ta’ bosta unuri oħra, fosthom r-rebħ l-FA Cup fl-2011 grazzi għall-gowl tiegħu kontra Stoke City. 
Minkejja li qatt ma kien għażla awtomatika fl-iskwadra ta’ Manchester City minn meta ngħaqad magħhom Guardiola, il-kowċ Spanjol qal li Touré ser ikun qed jilgħab kontra Brighton u li t-tim kollu ħa jagħmel ħiltu sabiex jirbaħ il-logħba bħala sinjal ta’ rispett u gratitudni lejn Touré.