Toqgħod Ħ’Attard, Birkirkara, is-Swatar jew il-Mosta?

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi, fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali, avżat li nbiddlu xi numri ta’ bibien ta’ djar residenzjali.
Ir-residenzi li għandhom numri ġodda huma dawk fi

  • Triq In-Nutar Zarb, Ħ’Attard;
  • Triq Ħal Għargħur u Triq Olaf Gollcher, Birkirkara;
  • Triq Ġużeppa Psaila, Is-Swatar, Birkirkara u
  • Triq Il-Mitħna, Il-Mosta

L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta’ Awwissu, 2017.  Ir-residenti huma obbligati bil-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mit-22 ta’ Awwissu 2017.