Toqgħod Għawdex u taħdem Malta? Il-Gvern se jtik maskra b’xejn

MGOZ - Joseph Mercieca

Read in English.

Il-Ministeru għal Għawdex beda jqassam maskri b’xejn għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta.

Fi stqarrija l-Ministeru qal li mil-lum beda jqassam l-ewwel 1,000 maskra. Din l-iskema hi miftuħa għal dawk li jaħdmu mas-settur pubbliku u għal dawk li jaħdmu mal-privat.

“B’kollox se jkunu qegħdin jingħataw 3,000 maskra b’xejn, li huma tad-drapp u għalhekk jistgħu jinħaslu u jintużaw diversi drabi,” qal il-Ministeru.

Il-maskri jistgħu jibdew jinġabru mill-Home Assist Office fl-Experimental Farm, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija. L-uffiċċju jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u t-3pm.

Dawk kollha li jmorru sabiex jiġbru l-maskra għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn