Tony Zarb lura fil-GWU biex imexxi lill-pensjonanti

L-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers Union (GWU) ħatret lil Tony Zarb bħala Aġent Segretarju li huwa l-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU. Zarb dam 16-il sena jokkupa din il-kariga.

Fi stqarrija il-kumitat qal li din il-ħatra saret b’mod unanimu fit-18 ta’ Ġunju.

Il-Kumitat tal-GWU – Għaqda Pensjonanti ssellem il-memorja ta’ Tony Busuttil għall-ħidma tiegħu f’dan l-irwol. L-istess kumitat irringrazzja lil Tony Zarb li aċċetta din il-kariga u awguralu aktar ħidma bħala Aġent Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-GWU.