Tony Zarb jagħmel libell kontra l-Prim Ministru

Is-Segretajru Ġenerali tal-Ġeneral Worker’s Union Tony Zarb għamel libell kontra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier, il-President tal-PN Marthese Portelli, u l-kap tal-aħbarijiet tal-kumpanija medialink Nathaniel Attard.

Zarb qal li għamel libell wara allegazzjonijiet li huwa korrutt u abbużiv. Iddeskriva dawn l-allegazzjonijiet bħala giddieba u mmirati biss biex iħammġu r-reputazzjoni tiegħu.