Tony Blair jinsab Malta għal żjara privata

L-eks-Prim Ministru Ingliż Tony Blair jinsab Malta għal żjara privata flimkien mal-mara tiegħu.
Matul iż-żjara tiegħu f’Malta, Blair se jkun qed jattendi numru ta’ attivitajiet privati.
Apparti minn hekk, Blair u l-mara tiegħu se jkunu qed jiltaqgħu mal-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat.
Tony Blair serva bħala Prim Ministru tar-Renju Unit mill-1997 u l-2007 u kien il-Mexxej Laburista tal-Ingilterra mill-1994 sal-2007.