Tony Abbott se jiddiskuti l-każ tal-MH17 ma’ Putin

Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott qal li se jikkonfronta lill-President Russu Vladimir Putin dwar it-traġedja tat-titjira tal-Malaysian Airlines MH17, li waqgħet fl-Ukraina f’Lulju li għadda.
Fost il-298 persuna mejta kien hemm 38 Awstraljani.
Abbott qal li waqt il-laqgħa tal-G20 f’Novembru se jitkellem ma’ Putin dwar dan il-każ. Saħaq li dawn il-persuni innoċenti nqatlu mis-separatisti Russi fl-Ukraina bil-barka tal-Gvern Russu.