Tonqos it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi

Tħabbar li tnaqqsu r-rati tat-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-merkanziji b’livelli ta’ emissjonijiet Euro 5 u 6.

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment qal li dawn ir-rati ġodda huma effettiva mid-20 ta’ Novembru li għadda u l-persuni li diġà ħallsu r-reġistrazzjoni fuq dawn it-tip ta’ karozzi se jiġu mħallsa lura d-differenza.

Il-Ministeru ħabbar ukoll li mhux se jkun hemm taxxa tar-reġistrazzjoni fuq muturi b’magna ta’ kapaċità ta’ 250 ċilindrata, u muturi li l-magna taqbeż din is-saħħa ta’ 250 ċilindrata issa raħsu.