Tonqos ir-rata tat-tfaddil tal-unitajiet domestiċi

Ir-rata tat-tfaddil tal-unitajiet domestiċi fiz-zona ewro niżlet għal 12% fir-raba’ kwart tal-2016.
Skont rapport maħruġ mill-Eurostat, l-aħħar tliet xhur tal-2016 raw tnaqqis ċkejken fir-rata meta mqabbla mat-tielet kwart tal-2016, liema rata kienet ta’ 12.3%.
Barra minn hekk, ir-rata tal-investiment tal-unitajiet domestiċi fiz-zona ewro kienet ta’ 8.5% fl-aħħar tliet xhur tal-2016, filwaqt li t-tielet kwart tal-2016 irreġistra rata ta’ 8.6%.
Iz-zona ewro tikkonsisti fi 19-il Stat Membru: il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.