Tonqos ir-rata ta’ inflazzjoni

Matul ix-xahar ta’ Lulju, ir-rata ta’ inflazzjoni kienet ta’ 0.6%. Ir-rata fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet kienet ta’ 0.9%.
Il-persentaġġ tal-inflazzjoni annwali kien affetwat mill-prezzijiet ogħla fis-servizz tar-ristoranti, sigaretti u apparat tad-dar.
Kien hemm tnaqqis ta’ 0.7 punti perċentwali fil-prezzijiet tal-elettriku, ilma u gass.
Dan it-tnaqqis qed ikun attribwit għal prezzijiet irħas fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u fil-prezzijiet tal-mowbajls.