Tonqos ir-rata ta’ inflazzjoni fl-UE

Ir-rata tal-inflazzjoni fiż-żona ewro naqqset għal 2% filwaqt li fl-Unjoni Ewropea, din naqqset għal 2.1%. Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Eurostat.

Skont din l-istatistika, matul Jannar ta’ din is-sena, il-Greċja kien il-pajjiż li rreġistra l-inqas rata ta’ inflazzjoni, segwita mill-Portugal, Latvia u r-Rumanija. L-għola rata ġiet reġistrata fl-Ungerija, b’5.4%. Ir-rata ta’ inflazzjoni f’Malta għax-xahar ta’ Jannar kienet ta’ 2.4%.

Ir-rata ta’ infalzzjoni tiddeskrivi ż-żieda ġenerali fil-prezzijiet u l-valur tal-akkwist tagħhom.