Tonqos il-produzzjoni ta’ laħam fis-sajf

Matul is-sajf li għadda, il-produzzjoni tal-laħam f’Malta naqset u b’konsegwenza t’hekk, naħas id-dħul għall-produtturi tal-laħam.
Skont l-NSO, imqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra, dan is-sajf il-produtturi naqqsu l-produzzjoni b’4.2%.
It-tnaqqis seħħ bi 11% fil-produzzjoni tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga, biż-żieda ta’ 10% fit-tiġieġ ma kinitx biżżejjed biex tpatti.
Il-valur tal-laħam li għadda mill-Biċċerija kien ta’ €5.3 miljun, li hu kważi 8% inqas mill-valur tal-laħam matul is-sajf ta’ qabel.