Tonqos ċikkulatina mill-kaxxa tal-Quality Street

Iċ-ċikkulatini popolari tal-kaxxa vjola, Quality Street, jidher li naqqsu ċikkulatina minnhom mill-għażla tagħhom, il-Honeycomb Crunch, jumejn wara li ħolquha biex tieħu post it-Toffee Deluxe.

Fl-2016, inqala’ għagħa sħiħ meta l-kumpanija Nestle, is-sid tal-Quality Street, neħħiet iċ-ċikkulatina Toffee Deluxe għax qalet li kien hemm wisq ħlewwiet tat-tofija.

Il-kumpanija Nestle kkonfermat li ċ-ċikkulatina Honeycomb Crunch kienet ġiet introdotta fl-2016 fit-80 anniversarju taċ-ċikkulatini, iżda mhix se tibqa’ tidher fil-kaxxi tal-Quality Street.

Kelliema għall-kumpanija qalet li jħobbu jvarjaw iċ-ċikkulatini minn sena għal sena. Barra minn hekk, se jintroduċu sistema ġdida għall-Milied, Pick ‘n’ Mix, fl-istabbiliment Ingliż John Lewis, fejn dak li jkun jista’ jimla pakkett tal-Quality Street b’taħlita taċ-ċikkulatini favoriti tiegħu.