Tonio Fenech jgħid li l-PL m’għandu l-ebda pjan biex jinħolqu l-impjiegi

Il-Ministru Tonio Fenech qal li l-Partit Laburista m’għandux pjan konkret ta’ kif jiġġenera l-impjiegi, u li bid-diskorsi biss ma tinċentivax l-ekonomija. Hu qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali.

B’referenza għad-dikjarazzjoni tal-Partit Laburista li ma jridx jindaħal fl-industriji, Tonio Fenech qal li jekk jagħmel hekk il-Partit Laburista jista jibqa fl-oppożizzjoni. Dan għaliex mhux biżżejjed biex joħloq it-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.

Qal ukoll li l-previżjonijiet ekonomiċi tal-Partit Laburista huma l-previżjonijiet tal-IMF u tal-Unjoni Ewropea, li dawn ma jkoprux sa tmiem il-leġislatura.