Tonio Darmanin jesprimi d-dispjaċir tiegħu għal dak li ġara waqt Paqpaqli

Għall-ewwel darba minn wara l-inċident ta’ nhar il-Ħadd li għadda, il-preżentatur Tonio Darmanin, li huwa ukoll l-organizzatur tal-attività Paqpaqli għall-Istrina, esprima d-dispjaċir tiegħu għal dak li seħħ.
Permezz ta’ status fuq Facebook, Darmanin qal li minkejja li ma jistax jikkummenta fuq il-każ minħabba l-inkjesta tal-Qorti, huwa xtaq juri s-solidarjetà ma' dawk li weġġgħu.
Saħaq li huwa ddispjaċut ferm li avveniment li kellu l-iskop li jferraħ, jispiċċa b’dan il-mod.
Irringrazzja ukoll lil dawk li assistew lil dawk midruba.