Toni Bezzina jniedi l-10 prijoritajiet tiegħu fil-PN

Il-kandidat għall-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Nazzjonalista Toni Bezzina, nieda għaxar proposti konkreti li fi kliemu, bihom se jkun qed isaħħaħ f’kull aspett l-operat tal-partit.
Fi stqarrija, il-Perit Bezzina spjega li l-ħsieb huwa li jara li t-tesserati u l-attivisti tal-PN ikunu kkonsultati fit-tfassil tal-politika tal-Partit Nazzjonalista.
Fost l-oħrajn qed jipproponi:

  • Tfassil ta’ Kumitati Reġjonali biex jikkordinaw il-ħidma tal-Kumitati Sezzjonali
  • Bżonn li l-Uffiċċju Data jassigura informazzjoni dejjem aġġornata tal-membri tal-partit
  • Il-kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali, tal-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Lokalil u l-Kumitati Amministrattivi jiġu identifikati u proposti mill-istrutturi tal-partit
  • Kuntatt regolari dirett bejn il-membri tal-Grupp Parlamentari u l-membri tad-diversi setturi, biex tkun iffurmata l-politika tal-PN
  • Irid jissaħħaħ l-Uffiċju tat-Teżorier
  • It-tmexxija tal-Partit tkun preżenti b’mod regolari fil-Kwartieri f’Ta’ Sannat u fil-każini tal-lokalitajiet.

Dwar il-qagħda preżenti tal-pajjiż,  Toni Bezzina sostna li fid-dawl ta’ dan, jemmen li għad jasal iż-żmien li l-poplu jerġa’ jfittex il-PN bħala t-tarka tas-sewwa.