Toni Bezzina fl-isptar jikseb il-kura

Il-Membru Parlamentari Toni Bezzina jinsab l-isptar jikseb il-kura.

Huwa kiteb fuq Facebook li minħabba dan, għada ma jistax jattendi għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li kellu jindirizzah. Lanqas ma jista’ jattendi għall-festa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Qrendi.

Id-Deputat Nazzjonalista kiteb lis-segwaċi tiegħu li jittama li ma jdumux ma jiltaqgħu.

Fi Frar li għadda, Bezzina wkoll kien l-Isptar Mater Dei, fejn dam erbat ijiem. Il-Kap tal-PN Adrian Delia kien awguralu fejqan ta’ malajr.

Sfortunatament għada mhux se nkun nista nattendi għall-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li kont se nindirizza u…

Posted by Toni Bezzina on Saturday, June 27, 2020