Toni Abela jieħu post Louis Galea fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lil Toni Abela bħala membru talQorti Ewropea talAwdituri.

Fi tweet, il-Prim Ministru kiteb li Dr Abela se jkun qed jieħ post Louis Galea bħala membru talQorti Ewropea talAwdituri.

Huwa kiteb ukoll li jinsab ċert li Abela se jagħmel unur lill-Malta.

Toni Abela se jkun it-tielet nomina ta' Malta bħala membru talQorti Ewropea talAwdituri

Louis Galea kien ilu mill-2010 iservi f'din il-kariga wara li kien ħa post il-Professur Josef Bonnici li kien l-ewwel Malti maħtur għal din ilkariga.

Abela huwa avukat speċjalizzat fil-liġijiet Kostituzzjonali u AmministrattiviHuwa kien il-ko-fundatur tal-Alternattiva Demokratika.

Huwa serva wkoll bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Dr Abela huwa miżżewweġ lil Marisa u flimkien għandhom tlett itfal, Estelle, Fleur u Aaron.

//platform.twitter.com/widgets.js

Ritratt:  Photocity  Valletta