Tom Hanks u Rita Wilson għandhom il-coronavirus

Tom-Hanks-Rita-Wilson
Flikr

Read in English.

L-atturi miżżewġin Tom Hanks u martu Rita Wilson għandhom il-coronavirus.

Bħalissa jinsabu l-Awstralja fejn Hanks kien qiegħed fil-fażi ta’ qabel jibda jinġibed film fuq il-kantant Elvis Presley.

Hanks ħabbar dan fuq il-profil tiegħu fuq Instagram. Qal li jħossuhom għajjenin, qishom għandhom riħ u għandhom xi wġigħ ukoll. Għamlu t-test għall-virus u rriżulta fil-pożittiv.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn