Tom Hanks u martu ħarġu mill-isptar

Tom-Hanks-Rita-Wilson-Idris-Elba

Read in English.

L-attur Amerikan Tom Hanks u martu Rita Wilson ħarġu minn sptar fl-Awstralja wara li ngħataw il-kura għall-koronavirus. Il-koppja, li issa qed jagħmlu l-kwarantina personali  fid-dar mikrija tagħhom fi Queensland, ħabbru li kienu ttestjaw pożittivi l-ġimgħa li għaddiet.

Tom Hanks u martu kienu fuq il-Gold Coast fejn  Hanks kien qed jaħdem film dwar Elvis Presley. Il-produzzjoni bħalissa hija wieqfa u ma hemm l-ebda data għal meta se tkompli tinġibed.

Ta’ min jgħid li wieħed li intervista lill-mara ta’ Tom Hanks ukoll spiċċa milqut mill-virus.

Bħalissa hemm 375 każ ikkonfermat bil-virus fl-Awstralja. Hanks, li għandu 63 sena, kien ħabbar fuq  Instagram li kien intlaqat mill-virus.

“Aħna ħassejna ruħna daqsxejn għajjenin, bħall-irjiħat u xi wġigħ fil-ġisem. Rita kellha xi bard li ġie u mar. Id-deni laqatna wkoll,” kiteb.

Tom Hanks m’huwiex l-uniku attur li ntlaqat bil-virus. Il-bieraħ it-Tnejn l-attur Ingliż Idris Elba kiteb li anki hu rriżulta pożittiv għall-marda. Fi Tweet qal li “Ninsab tajjeb u li mhemmx lok ta’ paniku. Aħna ninsabu f’dinja maqsuma,” qal. “Lkoll kemm aħna nħossuha din. Imma issa hu l-mument ta’ solidarjetà ma’ xulxin.”

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn