Tom Cruise issa fl-ispazju!

Tom Cruise fil-film Oblivion fl-2013

Tom Cruise qed jittama li jikser ir-rekords ta’ Hollywood billi jiffilmja l-ewwel film ta’ azzjoni fl-ispazju. L-aġenzija spazjali Amerikana NASA qed taħdem ma’ Cruise biex tiffilmja abbord l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.

M’hemm l-ebda dettalji tal-film iżda li hu żgur hu li l-film mhux se jkompli mas-sensiela tal-films ta’ Mission: Impossible.

Ingħad li Cruise, ta’ 57 sena, qed jaħdem ukoll mal-kumpanija SpaceX ta ’ Elon Musk li fis-27 ta’ Mejju se tittrasporta ż-żewġ astronawti Amerikani Bob Behnken u Doug Hurley lejn l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali għal NASA li tista’ takkomoda seba’ persuni.

Fl-2013 Tom Cruise ħadem il-parti ta’ astronawta fil-film Oblivion meta huwa pproteġa r-riżorsi naturali tad-dinja minn invażuri aljeni.  L-attur irrakkonta wkoll id-dokumentarju Imax tal-2002, Space Station 3D.