Toħroġ l-ewwel munita kwadra tal-€

Il-Latvja, li ssieħbet fiż-żona ewro s-sena li għaddiet, illum ħarġet l-ewwel munita tal-ewro kwadra, li għandha valur ta’ €5.
Il-munita kommemorattiva ħarġet għall-500 anniversarju tal-Kastell ta’ Riga li nbena fl-1515 u li bħalissa jservi bħala r-residenza tal-President tal-pajjiż.
Il-Bank Ċentrali tal-Latvja se joħroġ 7,000 munita kwadra.