Toħroġ l-ewwel diska mill-album ta’ Djun

Djun

Il-band ta’ rock alternattiv Djun nedew il-vidjo mużikali tal-ewwel diska li ġġib l-isem Il-Bir, mill-album debuttanti tagħhom Il-Ħlas.

Il-filmat kien imfassal minn Matthew Calleja.

Fi stqarrija Djun qalu li l-filmat jikkumplimenta l-atmosfera tas-silta mużikali.

Il-band Djun se tkun qed tnedi l-album nhar id-29 u t-30 ta’ Ġunju f’kunċert li se jsir ġewwa Palazzo de La Salle fil-belt Valletta.

Il-membri ta’ Djun huma Justin Galea bħala l-vuċi tal-band li huwa magħruf għax-xogħol mużikali tiegħu ma’ Każinska, kif ukoll ħadem ma’ Plato’s Dream Machine u Brikkuni, Paul Torpiano (tastieri) li jdoqq ukoll ma’ The Tailors, Funk Initiative, Tact u Mogadishu, Ryen Refalo fuq il-kitarra li kien idoqq ma’ The Voyage u Hazyl, Michael Vella Zarb (tnabar) li jdoqq ma’ Mirage u Strictly Commercial kif ukoll kien ma’ The Pyramid Suns, kif ukoll Charles Cassar li jdoqq il-baxx u jdoqq ma’ Tact.

Il-band qalet ukoll li dan il-proġett kien megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.