Toħroġ is-sitt ħarġa ta’ Tisjir mill-Qalb b’riċetti mill-kunventi Maltin

Tnieda s-sitt edizzjoni tal-ktieb tat-tisjir, Tisjir mill-Qalb, li l-flus li jinġabru minnu jmorru għall-Malta Community Chest Fund.
B’differenza minn edizzjonijiet oħra, 70 mit-80 riċetta f’din l-edizzjoni huma ta’ patrijiet u sorijiet minn diversi kunventi Maltin.
L-għaxar riċetti oħra huma ta’ koki Maltin li kienu parti mill-ktieb tas-sena li għaddiet.
Għall-ewwel darba l-ktieb inħareġ ukoll bl-Ingliż.
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, rringrazzjat lil dawk kollha li kkontribwew għall-aħħar ħarġa tal-ktieb, fosthom lill-kumpanija li stampatu bla ħlas, lil dawk li ħadu r-ritratti, lill-Maltapost li qed tqassmu b’xejn lil min jordnah minn fuq l-internet, u lil dawk kollha li taw sehem.
Il-ktieb jinbiegħ mill-uffiċċji tal-Malta Community Chest Fund fil-Belt, mill-Kitchen Garden, mill-Palazz ta’ San Anton, mill-Maltapost u mill-ħwienet tal-kotba ewlenin, kif ukoll mis-sit elettroniku www.tisjir.donate.com.mt
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo