Toħroġ is-sejħa għax-xogħlijiet għal spazju pubbliku ġdid fil-Belt Valletta

Il-Gvern ħareġ sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet ta’ tisbiħ f’żona fil-Belt Valletta, faċċata ta’ Forti Sant’Iermu.
Is-sena l-oħra, wara sejħa pubblika, fost sottomissjonijiet minn artisti lokali u barranin, intagħżlet l-espressjoni artistika “Bl-Oħla Dawl Libbist”, tal-artist Austin Camilleri.
Il-Gvern fakkar kif l-iskop tal-proġett hu biex iż-żona, s’issa mitluqa, tinbidel fi pjazza li tagħti ġieħ lil Malta Repubblika u tkun tista’ titgawda mill-pubbliku bħala spazju miftuħ.
L-offerti jistgħu jintlaqgħu sal-4 ta’ Diċembru, b’iktar dettalji jinkisbu mis-sitt tal-Gvern www.etenders.gov.mt