Toħroġ is-sejħa għall-iżvilupp mill-ġdid tal-ITS f’San Ġiljan

Il-Gvern, permezz ta’ Projects Malta Ltd, qed jilqa’ proposti mill-privat għall-iżvilupp mill-ġdid tal-inħawi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’San Ġiljan hekk kif se jissokta bil-pjan tiegħu li jirriloka l-istitut f’faċilitajiet moderni u adegwati fi Smart City.
Fi stqarrija, Projects Malta Ltd qalet li ħarġet it-termini tas-sejħa għall-proposti, aċċessibbli mis-sit elettroniku tagħha, għad-disinn, il-bini u t-tħaddim ta’ dak li qed issejjaħ “żvilupp għas-suq upmarket għat-turiżmu u d-divertiment”.
Il-kumpanija tal-Gvern qalet li l-proġett għal dawn l-inħawi għandu jikkumplimenta l-pjani tal-Gvern għall-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.