Toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Avukat Ġenerali ġdid

Miguela Xuereb

Read in English.

Avukati u Maġistrati li jixtiequ li jieħdu l-kariga ta’ Avukat Ġenerali għandhom tmint ijiem ċans biex jissottomettu l-appalikazzjonijiet tagħhom.

Is-sejħa pubblika kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-Tlieta. Applikanti interessati għandhom sa nhar l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu biex juru l-interess.

L-applikanti jridu jkunu ilhom jiprattikaw il-liġi bħala avukat minn tal-inqas 12-il sena, jew inkella servew bħala Maġistrat f’Malta.

L-Imħallfin Michael Mallia, Lawrence Quintano u Antonio Mizzi se jkunu qed isegwu l-proċess biex ikun magħżul avukat ġenerali ġdid.

Peter Grech se jkun qed jasal fi tmiem il-kariga tiegħu f’Settembru, fl-10 snin anniversarju minn meta kien ingħata l-kariga ta’ avukat ġenerali. Fl-ittra tar-riżenja tiegħu, Grech qal li kellu bżonn jipprioritizza s-saħħtu wara snin twal jagħti prijorità lil xogħolu minflok.

Xi tgħid l-ittra tal-Avukat Ġenerali?
Ippubblikata l-ittra tar-riżenja tal-Avukat Ġenerali