Toħroġ informazzjoni li Messi se jirbaħ il-Ballon d’Or

Lionel Messi se jirbaħ il-Ballon d’Or għall-2019 u diġà jaf dwar din id-deċiżjoni. Dan ħabbruh rapporti ta’ Mundo Deportivo.

Il-gazzetta Spanjola qalet li tim minn France Football diġà marru Barcelona biex ħabbru dan lill-plejer li għandu 32 sena. Dan qed ikun allegat li sar anka jekk is-serata tal-unuri se ssir nhar it-Tnejn li ġej.

Id-difensur Olandiż van Dijk kien instrumentali fir-rebħa ta’ Liverpool fiċ-Chapions League, inkluż fir-rebħa tas-semi finali kontra t-tim ta’ Messi, Barcelona.

Fuq il-midja Liverpool stqarrew li dan l-unur għandu jingħata lill-aqwa plejer li jkun ta’ sehem importanti dik is-sena. Humwa argumentaw li van Dijk tul is-sena kien fiżikament tajjeb ferm għal difensur ċentrali.