153 ktieb fit-tellieqa għall-Premju Nazzjonali

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar li ħarġet il-lista uffiċjali tal-kotba li se jipparteċipaw fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 u fil-Premju Terramaxka 2015.
Fi stqarrija, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qal li djar ta’ pubblikazzjoni u l-awturi tagħhom wieġbu bi ħġarhom għas-sejħa tal-applikazzjonijiet.
B’kollox hemm lista ta’ 153 pubblikazzjoni li ġew approvati mill-bord tal-aġġudikazzjoni.
Din hi l-ewwel sena tal-Premju Terramaxka 2015 li jiġbor fih il-kategoriji kollha tal-Premju għall-xogħlijiet oriġinali kif ukoll traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet letterarji immirati lejn it-tfal u adoloxxenti.
Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni beda diġà u aktar tard din is-sena se toħroġ pubblika l-lista ta’ kotba li jgħaddu għall-fażi finali.
Ara l-lista tal-kotba li se jipparteċipaw hawn taħt.