Toħroġ id-data tal-funeral tat-tarbija Elise

L-aħħar tislima liċ-ċkejkna Elise se tingħata għada l-Ġimgħa fiż-Żejtun.

Il-qraba tat-tifla li mietet bis-settimeċija, li hija infezzjoni fid-demm, ħabbru dan fuq il-midja soċjali. Huma qalu li l-funeral se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina u se jibda fis-2.30pm.

“X’weġgħa kbira ħallejtli ġo qalbi” – in-nanna tat-tarbija Elise

In-Nanna tat-tarbija Elise li mietet kawża ta’ infezzjoni fid-demm magħrufa bħala settiċemija qalet fuq Facebook li l-mewt tagħha ħallitilha weġgħa kbira f’qalbha.

Ilbieraħ, il-Gvern fi stqarrija ħabbar li t-tarbija li daħlet l-Isptar Mater Dei nhar il-Ħadd li għadda u li kienet qed tbati mis-settiċemija, infezzjoni fid-demm, mietet.

Tmut it-tarbija bl-infezzjoni fid-demm

Kien il-Gvern stess li waqt laqgħa mal-ġurnalisti qal li t-tarbija ta’ tmien xhur kienet qiegħda fil-kura intensiva minħabba mikrobu magħruf bħala settiċemija. Għal dawn l-aħħar jiem hija kienet tinsab f’kundizzjoni kritika.