Tobba Torok iwissu dwar il-qagħda fl-isptarijiet tagħhom

Turkish Health Ministry/Handout via REUTERS

Read in English.

It-tobba fit-Turkija fl-aktar żoni milquta mill-coronavirus qalu li l-isptarijiet qed jimtlew b’aktar każijiet minn dak li hu rifless fl-għadd uffiċjali nazzjonali, li dil-ġimgħa reġa’ qabeż l-1,000 fil-ġimgħa.

It-taqsimiet tal-kura intensiva u tal-emerġenza fl-isptarijiet li ġew riservati għall-pazjenti bil-COVID-19 jinsabu ppakkjati fil-kapitali Ankara u il-belt ta’ Gaziantep, fix-Xlokk tal-pajjiż, skont assoċjazzjonijiet tat-tobba bbażati f’dawk ir-reġjuni.

Il-Gvern, li neħħa lockdown parzjali f’Ġunju biex tkun tista’ terġa’ tibda tirranka, wera t-tħassib tiegħu meta l-Ministru tas-Saħħa ddeskriva l-1,083 każ li kien hemm it-Tlieta bħala “sitwazzjoni serja” wara tmiem il-ġimgħa twil li kien jinkludi festa.