Tobba frustrati għal mod li qed jingħata l-vaċċin fi Spanja

Read in English.

Tobba u esperti tas-saħħa Spanjoli esprimew frustrazzjoni minħabba l-bidu kajman tal-proċess ta’ tilqima tan-nies kontra l-COVID-19 hekk kif kienu biss 82,834 persuna li rċevew l-ewwel doża tal-vaċċin BioNTech-Pfizer s’issa.

Spanja rċeviet it-tielet konsenja tal-vaċċin u skond il-ministru tas-saħħa il-pjan huwa li r-ritmu tat-tilqim għandu jilħaq l-livell ottimali fil-ġimgħat li ġejjin.

L-għan iddikjarat kien li jkun hemm bejn 15 u 20 miljun Spanjol imlaqqma sa Mejju-Ġunju. “Aħna xorta nirrakkomandaw li nagħtu t-tieni doża tal-vaċċin fil-perjodu indikat minn BioNTech-Pfizer”, tenna l-Ministru tas-saħħa Illa.

Il-proċess tat-tilqim kien bil-mod u pjuttost kajman u wassal għal kritika f’diversi stati membri tal-UE inklużi l-Ġermanja u Franza.

Fil-fatt, l-uffiċjali tas-saħħa Franċiżi ħeġġew għal rata aktar mgħaġġla ta’ tilqim, filwaqt li l-ministru tas-saħħa tal-Ġermanja ikkritika n-nuqqas ta’ vaċċini u l-kampanja ta tilqim bil-mod.