Tobba bi protest ġudizzjarju wara li ġie ffirmat ftehim kollettiv

Ħames tobba ppreżentaw protest ġudizzjarju fil-Qorti fejn qed isostnu li wara l-ftehim kollettiv il-paga tagħhom qed tvarja.
Qalu li qed jinkisrilhom id-dritt għal valur tax-xogħol ugwali.
It-tobba qed isostnu li fix-xhur li għaddew ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-MAM dwar il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’liema ftehim il-Gvern qed jirrikonoxxi żewġ karigi fl-istess livell.
Huma ngħataw l-għażla ta’ żewġ kuntratti skont il-karigi iżda l-pagi kienu differenti u mhux l-istess kif miftiehem.
It-tobba qed isostnu li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jara li ma jkunx hemm diskriminazzjoni.
Il-protest sar kontra s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa u l-MAM.