Tniżżel mill-Gozo Channel mill-Pulizija; kellu d-deni

CMRU

Read in English.

Raġel tniżżel mill-vapur tal-Gozo Channel mill-Pulizija wara li nstab li kellu d-deni.

Fi stqarrija, il-Ministeri għal Għawdex u dak tal-Intern qalu li llum waqt proċess ta’ screening fit-terminal tal-Gozo Channel, “raġel ta’ nazzjonalita barranija nstab li kellu d-deni.”

“Minkejja li l-persuna inkwistjoni ġie mitlub sabiex ma jitlax fuq il-vapur, il-persuna xorta waħda tela’. Dan wassal sabiex il-persuna kellha titniżżel minn fuq il-vapur tal-Gozo Channel wara li ssejħet l-assistenza tal-Pulizija,” skont iż-żewġ Ministeri.

Intqal li unit apposta bdiet il-fumigazzjoni u diżinfettar tat-terminal tal-passiġiera, tal-vapur tal-Gozo Channel, u tal-karozzi li kienu laħqu telgħu abbord.

Ir-raġel tpoġġa f’ambulanza.

Il-Gvern fakkar li mhux se jkun qiegħed jittollera li jkun hemm min jisfida l-liġi u l-istruzzjonijiet li jingħataw.

Ilbieraħ il-Ministru Camilleri appella biex ħadd ma jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer jekk mhux għal skop ta’ xogħol, kura medika jew ‘supply chain services’.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn