Tniġġiż Ċina: Jagħlqu l-fabbriki minħabba d-duħħan

Il-Gvern Ċiniż ħareġ livell t’allert aħmar numru erbgħa minħabba d-duħħan perikoluż li reġa’ kesa lill-belt.
Illum karozzi kellhom jitneħħew mit-toroq u fabbriki kellhom jagħlqu f’Beijing għax għal darb’oħra, il-belt hija miksija bid-duħħan.
Il-livell t’allert huwa l-ogħla possibli. Dan hu t-tieni wieħed fil-ġimgħat riċenti, u jfisser li numru ta’ skejjel kellhom jagħlqu u nofs il-karozzi huma pprojbiti.
Id-duħħan mistenni jibqa’ jgħatti lill-belt sa nhar it-Tlieta, minħabba r-riħ li hemm bħalissa.