Tnejn suspettati li kellhom il-kannabis

Matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa żewġ żgħażagħ inqabdu b’dik li qed titqies droga kannabis.

Dan irriżulta wara tfittxija li saret f’waħda mill-vetturi suspettużi li twaqqfu waqt road block f’Għajnsielem, mill-pulizija tad-distrett u minn membri tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

Iż-żewġ żgħażagħ huma suspettati li kellhom id-droga kannabis wara li nstab sigarett suspettat li kien kannabis u borża tal-plastik li fiha kien hemm dak li qed jitqies weraq tal-kannabis.