​Tnejn minn tnejn għan-nisa Maltin

Rebħa oħra għan-nisa Maltin fil-futbol, din id-darba kontra l-Ġorġja bl-iskor ta’ 2-1.
Matul l-ewwel taqsima, l-unika azzjoni perikoluża waslet fil-41 minuta minn frikik ta’ Dorianne Theuma, daqqa ta’ ras ta’ Stefania Farrugia u l-ballun ħabat mal-lasta l-wieqfa.
Fit-tieni taqsima iż-żewġ timijiet taw dak li ma tawx qabel u wara ċans ta’ Rachel Cuschieri, Ylenia Carabott fis-47 minuta fetħet l-iskor għal Malta.
Il-Ġorġjani kisbu penalti xi ftit kontroversjali meta Tatiana Matveeva ġiet imwaqqa fil-kaxxa Maltija.
Kien hawn li fil-75 minuta, mill-11-il metru Lela Chinchinadze skurjat l-gowl tad-dro.
Il-gowl deċiżiv tar-rebħa Maltija wasal fid-90 minuta permezz ta’ Dorianne Theuma.
Malta tinsab punt biss –il bogħod mill-kwalifikazzjoni, hekk kif nhar il-Ħamis fil-11am tilgħab kontra l-Gżejjer Faroe.
Dawn tal-aħħar illum għelbu lill-Andorra bl-iskor qawwi ta’ 8-0.

Ritratt: Donald Caruana